Għall-ewwel darba minn Jannar li għadda, fiċ-Ċina ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet relatati mal-Coronavirus f’temp ta’ ġurnata.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa Ċiniża tennew li kienu ġew ikkonfermati 32 każ li huma kollha impurtati filwaqt li matul il-jum tat-Tnejn kien hemm ikkonfermati 39 każ.
Il-Gvern Ċiniż żied jgħid li b’kollox kien hemm aktar minn 3,331 persuna li mietu filwaqt li 81,740 huma infettati.
Intant f’Wuhan li huwa l-epiċentru minn fejn beda l-virus – minn nhar il-Erbgħa n-nies ser ikunu jistgħu joħorġu għall-ewwel darba minn mindu skatta l-lockdown f’Jannar li għadda.