L-awtoritajiet Ċiniżi għaddejjin bit-tilqim fost l-istudenti bħala parti mill-kampanja ta’ vaċċinazzjoni fid-dawl tal-ikbar żieda fl-infezzjonijiet fiċ-Ċina f’dawn l-aħħar xhur.
L-Erbgħa, il-Gvern Ċiniż irrapporta l-ikbar ammont ta’ każijiet f’ġurnata sa minn Jannar li għadda.
Fl-aħħar jiem bdiet ukoll kampanja biex tħeġġeġ tilqim fost minuri ta’ bejn it-tnax u s-sbatax-il sena bil-għan li jiġi miġġieled il-varjant Delta.
Il-każijiet fiċ-Ċina nfirxu f’minn tal-inqas sittax-il provinċja.
L-awtoritajiet f’Wuhan – fejn feġġu l-ewwel każijiet ta’ COVID-19 fid-dinja, bdew jittestjaw lill-popolazzjoni sħiħa ta’ ħdax-il miljun persuna wara żieda fil-każijiet fl-aħħar jiem.