Adrian Simancas, ġuvni ta’ 24 sena, ħa l-qatgħa ta’ ħajtu meta waqt li kien bil-kajjik ftit ’l barra mill-kosta taċ-Ċilì fl-Istrett ta’ Magellan, sab ruħu f’ħalq balena li belgħatu bil-kajjik b’kollox.
Missieru li kien fil-qrib b’kajjik ieħor iffilmja l-inċident li seħħ fi ftit sekondi.
Simancas qal li ħaseb li kien se jmut u li kienet kilitu.
Fortunatament, il-balena tip humpback, reġgħet beżqitu lura wara ftit sekondi u fil-filmat missieru jinstema’ jgħidlu biex jibqa’ kalm.
Meta sab ruħu fl-ilma, iż-żagħżugħ qal li xorta kien inkwetat li seta’ jmut fl-ilma ffriżat jew li jiġri xi ħaġa lill-missieru.