Raġel li tressaq il-qorti akkużat li hedded lill-eks mara tiegħu nżamm taħt arrest wara li l-Qorti semgħet kif ma kinitx l-ewwel darba li r-raġel tfaċċa quddiem id-dar tagħha għall-għarrieda.
Ir-raġel ta’ 39 sena kien akkużat li hedded lil martu fid-dar tagħha f’ Marsascala, li kkawżalha danni fuq il-propjeta, li ta fastidju u li beżża’ lilha u lil ulieda.
Dan filwaqt li kiser l-ordni ta’ protezzjoni u ta’ ħarsien li ħarġet il-qorti fil-passat kontrih.
Ir-raġel ma ngħatax il-liberta proviżorja wkoll għax ma kellux indirizz fiss.