F’dawn iż-żminijiet, ta’ kull sena nisimgħu diversi stejjer li bla ma trid imissulek qalbek. Stejjer b’sitwazzjonijiet diffiċli li ħafna drabi jinċentivaw lil ħaddiehħor jagħmel xi ħaġa dwarhom biex joffri l-għajnuna.
Din hi l-istorja ta’ Ziam, tifel mill-Kalkara li fl-ewwel snin ta’ ħajjtu għaddej mill-kura għal kundizzjoni rari.