L-astronawti Amerikani Doug Gurley u Bob Behnken qabdu triqthom lura lejn id-dinja wara li ftit ġimgħat ilu telaw fl-istazzjoni tal-ispazju internazzjonali fl-ewwel titjira fl-ispazju privata.
Il-kumpanija Spacex li hija nkarigata mill-operat ta’ din it-titjira qalet li l-awstronawti amerikani se jirritornaw il-Ħadd għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija u mistennija jinżlu fl-istat ta’ Florida.
Ritratt: NASA