L-avventura tal-parteċipanta Maltija f’Miss Universe bdiet b’mod uffiċjali illum, bid-destinazzjoni tkun għal Manila fil-Filippini. Hekk ħabbret Martha Fench, il-parteċipanta f’Miss Universe li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta f’din il-kompetizzjoni.
Fenech, f’messaġġ fuq is-sit soċjali Facebook, kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li b’xi mod kienu ta’ għajnuna biex din l-avventura setgħet tkun possibbli.
“Nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ kontinwu tul din l-avventura s’issa, ninsab grata. Inħobbkom ħafna u grazzi mill-qalb” qalet Fenech.
Martha Fenech għandha 26 sena u se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-65 edizzjoni ta’ Miss Universe li se tkun qed tittella’ fid-29 ta’ Jannar fil-Filippini.
Fenech kienet irrappreżentat lil Malta f’Miss Universe fis-sena 2008 li kien ittella’ fl-Afrika t’Isfel.