Ġrajjiet militari,esperjenzi tat-tieni gwera dinjija,ajruplani,bombi u karozzi se jikkaratterizzaw il-lokal tal-Imtarfa tul il-ġurnata tal-Ħadd. Dawk li se jżuru dan il-post se jkunu jistgħu jmorru lura fiż-żmien u jmissu b’idejhom dak li esperjenza pajjiżna fit-tieni gwerra dinjija.
Se jsiru ukoll kommemorazzjonijiet ta’ battalji flimkien ma’ numru ta’ wirjiet statiċi. Għal din l-okkażżjoni nbena ukoll mudell ta’ vapur tal-art li huwa replika ta’ dak li kien jivvjaġġa bejn il-Belt u l-Imtarfa.
Is-sindku Daniel Attard ħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi għal din l-attivitá b’differenza u li treġġa lura l-arloġġ lura fi żmien li Malta għaddiet minn gwerra meta kienet alleata mar-Renju Unit.