Assoċazzjoni Sport Muturi u Karozzi flimkien ma Island Car Club se jkunu qed jorganizzaw l-ewwel edizzjoni tar-Rally Cross F’Malta bejn għada s-Sibt 28 ta’ Mejju sa l-Ħadd 29 ta’ Mejju, mid-9 ta’ filgħodu l-quddiem.
L-iskop ta din l-attivita hija biex tkompli tissaħħaħ l-ghaqda bejn l-għaqdiet u membri tagħhom. Din l-inzjativa bdiet meta Duncan Barbaro Sant ħareġ bl-ideja li inżewġu iż-żewġg dixxiplini li għandhom l-ASMK flimkien ma dik li għandha l-ICC.
B’hekk l-ideja kompliet tiżviluppa f’kooperazzjoni bejn iż-żewġ għaqdiet tant li wara xhur ta’ preparazzjoni inħoloqt din l-attivita’ rally cross b’dan kollu witta triq biex matul tmiem il-ġimgħa ser inkomplu niktbu l-istorja fil-Motorsport Malti bl-organizazzjoni tal-ewwel edizzjoni Rally Cross Malta.
Din t-tiġrija se tkun twial żewġ kilometeri fuq trakka li tinkludi asfalt kif ukoll ħamrija fil-preriferija ta Ta’ Qali u fil-korsa tal-Autocross. L-espert tat-trakki Angelo Chinquemani bħalissa qiegħed Malta fejn għen l-organizzaturi biex ġew inkluzi xi attrazzjonijiet fil-korsa, fosthom rampa li se tara il-karozzi jitilgħu fuqha.
Il-Publiku għandu spazju ukoll min fejn jara din l-attivita issir u l-organizzaturi jinfurmwa li dawk kollha li ġejjin jaraw din l-attivita’, li dħul jista’ jsir biss min naħa tal-Meridiana Wine Estate.
Għal din l-attivita’ hemm madwar 40 kompetitur li lesti jieħdu din l-esperjenza għall-ewwel darba. It-Tim Rally Cross Malta jirringrazzja lil Champion u MeDirect huma l-isponsors ta’ din l-attivita’. It-Tim jirringrazzja wkoll lil diversi entitajiet: Kunsill Lokali Attard, il-Korp tal-Pulizja, Malta Football Association, Transport Malta, Parks Malta, Civil Protection Department, V&C Contractors, LM Towing, Sports Experience, Ufficjali ta Tigrija, Marshals, u volontira kollha tal-sapport u kooperazzjoni taghom waqt din l-attivita’.