Il-kompetizzjonijiet nazzjonali għall-istaġun 2020/21 organizzati mill-Malta Handball Association se jibdew fit-tmiem il-ġimgħa li ġejja fil- Kumpless Sportiv tal-Università ta’ Malta.
Wara il-waqfien ħesrem, minħabba Covid-19, f’Marzu li għadda, il-bord maniġerjali l-ġdid tal-MHA, flimkien mal-klabbs membri tiegħu, ippjana format tal-kampjonat ġdid biex jagħti bidu għall-istaġun uffiċjali tal-handball.
“Back to Handball covid protocol” huwa protokoll magħmul b’mod professjonali għas-sigurtà ta’ dawk kollha kkonċernati bbażat fuq il-linji gwida mill-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali, SportMalta u l-Federazzjonijiet Internazzjonali tal-Handball.
“Peress li l-logħba, fiha nnifisha, hija sport ta’ kuntatt li jintlgħab fuq ġewwa kien importanti ħafna li nagħmlu protokoll strett u nsegwu approċċ kawt minħabba s-sitwazzjoni covid. L-MHA u l-klabbs qegħdin jikkollaboraw bis-sħiħ ma ‘dawn il-linji gwida sabiex inkunu nistgħu ngawdu l-logħba f’ambjent sikur ”qal il-President tal-MHA Paul Zammit.
Zammit żied jgħid li issa wasal iż-żmien li nerġgħu nilgħabu u nibdew il-kompetizzjonijiet. Kemm Il-plejers u kif ukoll il-kowċis ilhom jippreparaw għall-istaġun il-ġdid għal żmien mhux ħażin. L-istennija issa spiċċat!
Nisperaw li nistgħu nibdew u nispiċċaw għax aħna konxji mill-possibbiltà li jista’ jkollna xi każijiet pożittivi matul il-kampjonat, iżda ġew stabbiliti prekawzjonijiet biex jimminimizzaw dan.
Matul l-aħħar gimghat, l-MHA organizzat partiti ta’ ħbiberija għall-klabbs kollha taħt il-protokoll ‘Back to Handball’ bħala perjodu ta’ prova biex tiżgura li l-linji gwida kollha jkunu osservati u biex issolvi kwalunkwe tħassib u dettalji minuri qabel ma jibdew il-kompetizzjonijiet uffiċjali. .
Is-Sibt 17 ta ’Ottubru se jkun l-ewwel jum għall-kampjonati nazzjonali tal-kbar li jibqgħu sejrin sa tmiem Frar b’kampjonat ta’ żewġ rawnds għall-irġiel u 4 rawnds għan-nisa. Waqt li Il-kompetizzjonijiet l-oħra kollha ta’ età differenti se jibdew matul ix-xhur li ġejjin . Fil-kampjonat tal-irġiel, selezzjoni tat-tim nazzjonali ta’ taħt l-24 sena se jkun qed tipparteċipa wkoll bi preparazzjoni għall-impenji internazzjonali f’April 2021. Anke wieħed mit-timijiet tan-nisa f’livell ta’ klabb ser jilgħab f’kompetizzjoni Ewropea x-xahar id-dieħel u għalhekk kien ukoll essenzjali għalihom li l-kampjonati jibdew mill-aktar fis possibbli.
L-MHA għamlet ukoll arranġamenti ma’ kumpanija lokali biex tigi murija logħba waħda kull weekend permezz ta’ livestream, biex tgħin fil-promozzjoni tal-logħba. Il-bord maniġerjali qed jaħdem ukoll fuq programm nazzjonali biex ikompli jippromwovi l-logħba u qed juża kull xorta ta’ network biex iżid il-popolarità u l-espożizzjoni, bħal ma hu il-live streaming, midja soċjali u programmi fl-iskejjel.
B’kollaborazzjoni mal-Sports Promotion Unit ta’ SportMalta, il-handball ser jingħata l-importanza dovuta biex it-tfal jipprattikawh f’ħafna mill-iskejjel Maltin. Minbarra dan il-Handball ġie inkluż ukoll bħala waħda mid-dixxiplini sportivi fl-iskeda ‘On the move’ organizzata minn SportMalta, li ssir kull nhar ta ’Sibt filgħodu fil-kumpless sportiv tal-Kottonera. Barra minn hekk, għall-ewwel darba, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport inkludiet il-Handball bħala waħda mid-dixxiplini sportivi tagħha min din is-sena. Tliet itfal ġew magħżula u se jibdew jinataw taħriġ individwali matul din is-sena skolastika minn kowċ tal-handball kwalifikat.