Mal-112 jott irreġistraw għar-Rolex Middlesea race. Appuntament annwali għal waħda mill-iktar tlielaq marittimi famużi madwar id-dinja kollha.
Din it-tellieqa se titlaq minn Malta, iddur ma Sqallija u terġa’ lura għal Malta.
F’din it-tellieqa se jkunu rappreżentati 25 pajjiż differenti, filwaqt li diversi jottijiet se jkunu qed jieħdu sehem għal darb’oħra.
Matul konferenza tal-aħbarijiet, fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, kien spjegat il-programm ta’ din it-tellieqa kif ukoll l-irwol tal-ġurija.
It-tellieqa se tkun qed issir nhar is-Sibt 22 ta’Ottubru f’12.00p.m mill-Port ta’ Marsamxett u se tkun tista’ titgawda miż-żoni ta’ madwar il-Port il-Kbir.