Is-Sibt u l-Ħadd, 22 u 23 ta’ Ottubru, il-Federazzjoni Maltija Vetturi Antiki, bl-appoġġ tal-Enemed, Continental Cars u l-klabbs affiljati tagħha, qed torganizza l-Vintage Motors Festival. Il-festival jikkonsisti f’ġirja ta’ regolarità u wirjiet ta’ karozzi antiki fi tliet pjazez famużi f’Għawdex.
L-ewwel parti tal-ġirja ta’ regolarità qed iseħħ f’Malta, is-Sibt 22, bit-tluq jkun mil-post ta l’Old Motors Club Malta fil-Mosta fis-sagħtejn ta wara nofsinhar. It-tieni parti titlaq miż-żona tal Marina fil-port tal-Imġarr Għawdex il-Ħadd fl-għaxra u nofs ta filgħodu.
It-tliet wirjiet ta’ karozzi antiki ser isiru fi Pjazza tan-Nadur, ir-Rabat u Għajn Sielem.
Dawk kollha li jixtiequ jgawdu l-vetturi li ser jieħdu sehem f’dan il-festival jistgħu jkunu hdejn l’Old Motors Club il-Mosta s-Sibt fis-sagħtejn ta wara nofsinhar, fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex il-Ħadd fl-10:30 ta fil-għodu jew il-Pjazza tan-Nadur, ir-Rabat jew Għajn Sielem.