Is-Sibt u l-Ħadd 10 u 11ta’ Settembru, ser jiġi organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far. Il-Kampjonat qed jiġi organizzat minn Island Karting Club, Karting Club Malta u l-Malta Motorsport Federation. Is-Sibt, ser isiru sitt tiġrijiet: Entry-level, 60cc, Rotax Micro Max, Iame X30 Mini, u Imae X30 Junior. Il-Ħadd se jkun hemm ħames klassijiet oħra, l-Iame X30, Vortex RokGP, Vortex RokGP Master, Rotax Max u Iame X30 Masters. Ir-rebbieħa tal-klassijiet rispettivi jinataw l-opportunita li jirrapreżentaw il-Malta f’diversi kampjonati internazzjonali.
L-avveniment joffri divertiment u huwa miftuħ għall-pubbliku ġenerali.