Fil-Pixxina Nazzjonali Tal-Qroqq bħalissa għaddej il-Kampjonat Open tal-Għawm Artistiku. Dan il-kampjonat beda l-bieraħ u jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħadd li ġej.
Il-kompetizzjoni qed tlaqqa’ f’Malta it-timijiet tal-Georgia, Ungerija, Tajlandja, Bulgarija u Malta.
Magħhom hemm disa’ klabbs oħra barranin: Cercle de Natation Dudelange (LUX), Vantaan Pyorre (FIN), Fenerbahce Sports Club (TUR), Aquabetta Synchro Club (CRO), Aqualina (HUN), Sirenia SE (HUN), Boust Club (BEL), Anabilim Sport Club (TUR) and BVSC-Zuglo (HUN) u l-klabbs maltin ta’ Sirens and Synchro Knights.
Il-bieraħ saru l-kompetizzjonijiet Figures events Youth (13-15), U12, U10 u U8.
Saru wkoll it-Technical Team events għal Juniors, Seniors & Masters u d-Duet Free events għal Youths (13-15) u U12s.
Illum isiru s-Solo Free Youths (13-15), Duet Tech events (Juniors, Seniors & Masters), Solo Tech events għal Juniors & Seniors flimkien mal-Free Combination Youths (13-15) & U12.
Għada s-Sibt isiru s-Solo Free event U12, Juniors & Seniors. Isiru wkoll id-Duet Free event Seniors, Juniors & Masters flimkien mal-Acrobatic Routine event għas- Seniors & Juniors.
Il-Ħadd filgħodu isiru l-kompetizzjonijiet Team Free events U12, Youths (13-15), Seniors & Team Free Masters.
Photo Credit: Abby Bonello / Michael Paris