Bejn għada u l-Ħadd li ġej Malta se tkun qed tospita l-Kungress ta’ Badminton Europe. Il-kungress se jsir f’lukanda ewlenija il-Furjana u se jlaqqa’ f’pajjiżna l-ogħla uffiċjali tal-Badminton ewropew minn madwar 40 pajjiż differenti.
Se tkun ukoll l-ewwel darba li se jitlaqqa’ l-kungress ta’ Badminton Europe mill-bidu tal-pandemija.
Badminton Malta tinsab sodisfatta li se tlaqqa’ f’pajjiżna dan l-avveniment ta’ prestiġju u li matulu se jkunu qed jittieħu
deċiżjonijiet importanti dwar il-futur tal-logħba.
Fl-istess ħin se jgħin fl-iżvilupp tal-Badminton f’pajjiżna filwaqt li se nuru li minkejja ċ-ċokon tagħna, aħna lesti li norganizzaw f’pajjiżna avvenimenti ta’ importanza.
Apparti l-kungress se ssir ukoll f’Malta l-Gala Night li matulha jitħabbru r-rebbieħa tal-aqwa plejers tal-Badminton tal-Ewropa.