L-ewwel spazju internazzjonali tal-arti, il-MICAS se jiftaħ il-bibien tiegħu b’xejn bejn is-7 u t-8 ta’ Diċembru li ġej.
F’din l-okkażjoni, dawk li se jżuru l-esebizzjoni tal-arti kontemporanja, jistgħu jżuru l-partijiet kollha tal-mużew, waqt li jipparteċipaw f’attivitajiet interattivi kemm għall-kbar, kif ukoll oħrajn mmirati għat-tfal u żgħażagħ.
Dwar dan ikkummentat iċ-Chairperson Eżekuttiva tal-MICAS, Phyllis Muscat.
“Ħa jkollna attivitajiet interessanti bħal guided tours tal-arkitettura u guided tours għall-exhibitions, ukoll. Ħa jkollna wkoll logħob edukattiv u workshops għat-tfal u żgħażagħ fuq l-arti, il-pjanti u l-ambjent u apparti hekk se jkollna attivitajiet u logħob għall-kbar. Ħa jkollna wkoll ikel u xorb, kif għedt qabel, id-dħul huwa b’xejn u se nkunu miftuħin is-Sibt u l-Ħadd 7 u 8 ta’ Diċembru bejn l-10 ta’ filgħodu u l-5 ta’ filgħaxija. Inħeġġeġ lill-pubbliku biex jiġi, jiġu jarawna u jaraw x’nistgħu noffru bħala mużew, kemm bħala esebizzjoni, kemm bħala arti, kif ukoll bħala attivitajiet relatati mal-arti ukoll.”
Chairperson Phyllis Muscat, MICAS