Fi tmiem il-ġimgħa se ssir it-53 edizzjoni tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton sponsorjat minn Assikura Insurance Brokers PCC Limited.
Total ta’ 21 plejer se jkunu qed jiekkompetu f’ħames kategoriji differenti: Men’s Singles, Women’s Singles, Men’s Doubles, Women’s Doubles u Mixed Doubles.
Il-logħob kollu se jsir fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera is-Sibt 10 u bil-finali l-Ħadd 11 ta’ Frar.
Francesca Clark se tkun qed tidefendi t-Triple Crown mirbuħ is-sena l-oħra, filwaqt li Matthew Abela iż-żewġ titili mirbuħa fl-2023: Men’s Singles u Men’s Doubles.
Sam Cassar u Francesca Clark se jiddefendu t-titlu tal-Mixed Doubles.