Fi tmiem il-ġimgħa se ssir it-tieni edizzjoni tal-Kampjonat Open ta’ Malta tal-Għawm Artistiku. Dan il-kampjonat se jsir fil-Pixxina Indoor tal-Kottonera bejn il-11 u l-14 ta’ April.
Fl-edizzjoni ta’ din is-sena se jieħdu sehem 23 team barrani ġejjien minn 19-il pajjiż differenti.
Magħhom se jkun hemm atleti lokali mill-klabbs ta’ Sirens ASC u Synchro Knights. B’kolox se jipparteċipaw total ta’ 258 atleta.
Il-biljetti għal dan l-avveniment jistgħu jinkisbu mill-website uffiċjali tal-ASA: www.asaofmalta.eu jew mir-reception desk tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. L-organizazzjoni qed issir bil-kollaborazzjoni ta’ SportMalta.
Dan hu l-programm kollu tal-Kampjonat Open tal-Għawm Artistiku:


