Din is-sena t-tieni edizzjoni tal-Kampanja Nazzjonali ‘Sport For Parkinson’s’ qiegħda tkun organizzata b’kollaborazzjoni mal Kumitat Olimpiku Malti. Fl-aħħar ġimgħat il Malta Taekwondo Association, il-Malta Squash Association, u l-Alpha Table Tennis Klabb organizzaw attivitajiet sportivi b’risq l Organizzazzjoni Volontarja Step Up For Parkinson’s.
Bejn għada l-Ħamis u l Ħadd li ġej, l Evolve Badminton Akkademja, il Malta Billiards & Snooker Association, il Malta Darts Association, u l Member Associations Standing Committee fi ħdan il Malta Football Association ser ukoll jorganizzaw tournaments sabie x jagħtu l appoġġ meħtieġ għall ftuħ ta’ Ċentru tal Parkinson, li jkun jista’ joffri kura speċjalizzata lil persuni li jgħixu b ’din il kundizzjoni newroloġika.
Kontinġent ta’ 20 persuna bil-Parkinson mill Ingilterra ser jingħaqdu f’din il-kampanja nazzjonali billi jattendu seminar edukattiv dwar l-isport, il-kundizzjoni fiżika u n-nutrizzjoni għal persuni bil Parkinson, li ser jinżamm nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Novembru ġewwa l-lukanda Corinthia Marina, San Ġiljan bejn in nofs siegħa u l erbgħa ta’ waranofsinhar.
Għall ewwel darba ser issir partita internazzjonali ta’ walking football għall persuni bil-Parkinson bejn Malta u l-Ingilterra nhar il-Ħadd 12 ta’ Novembru f’nofsinhar ġewwa l-grawnd tal-futbol tal-Istitut ta’ San Ġużepp f’Santa Venera.
Il-kampanja nazzjonali Sport For Parkinson’s tilħaq il-qofol tagħha b’wirja ta’ kollezzjoni unika tal futbol bejn l 1 u t 3 ta’ Diċembru fis-Sala Ewlenija tal-Ministeru għall-Inklużjoni, l-Organizzazzjonijiet Volontarji u d-Drittijiet tal-Konsumatur l-Imrieħel, Birkirkara. Id-diversi oġġetti għall- wiri jinkludu l-Ballun tad-Deheb u flokkijiet milbusa minn Cristiano
Ronaldo u Lionel Messi tul il-karriera tagħhom . Matul dawn it tliet ijiem, ser ikun hemm irkant ta’ għadd ta’ affarijiet tal- futbol imprezzabbli b’risq Step Up For Parkinson’s.