Fi tmiem din il-ġimgħa mistennija jinfetħu korsiji ġodda fil-Marsa. Ħabbar dan il-Ministru Ian Borg fuq il-paġna ta’ Facebook fejn spjega kif bħalissa għaddejjin l-aħħar tħejjijiet.
Hu qal kif il-ħidma ta’ Infrastructure Malta għal toroq aħjar fir-rotta min-naħa t’isfel għaċ-ċentru ta’ Malta tibqa’ għaddejja anke fil-festi.
Spjega kif fis-sigħat li ġejjin ser ikunu qed jidhru l-ewwel riżultati sbieħ ta’ dan l-investiment bla preċedent għal infrastruttura li tixpruna aktar tkabbir ekonomiku u kwalità ta’ ħajja aħjar f’pajjiżna.