Il-barranin minn pajjiżi terzi, li kienu qed jitħaddmu bħala food couriers u sewwieqa tal-Y Plates, naqsu bi kważi 600 persuna minn Lulju. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru responsabbli mix-Xogħol.
Skont evalwazzjoni li kienet saret mill-aġenzija Jobsplus, ġie stabbilit li pajjiżna kellu biżżejjed ħaddiema biex jaħdmu fl-impjiegi relatati u b’hekk ma baqgħux jiġu aċċettati applikazzjonijiet ġodda għal permessi ta’ xogħol f’dawn is-setturi.
Minkejja dan l-ammont inqas ta’ ħaddiema, JobsPlus tqis, skont l-evalwazzjonijiet kontinwi tagħha, li pajjiżna għad għandu bżonn inqas ħaddiema simili milli kien hemm f’Lulju.
Għaldaqstant, waqt li se jibqgħu jiġu rrifjutati permessi minn barra l-pajjiż, se jiġi approvat numru limitat ta’ dawk li diġà għandhom impjieg f’pajjiżna u jridu jaħdmu f’dawn is-setturi.