Il-Prim Ministru Pollakk Mateusz Morawiecki akkuża lill-Unjoni Ewropa li qed thedded lil pajjiżu.
Dan qalu f’dibattitu jaħraq fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, anke fil-preżenza tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Id-dibattu kien jitratta s-saltna tad-dritt fil-Polonja.
Qorti Pollakka diġà ddeċidiet li l-liġi Ewropea mhiex suprema għal dik Pollakka f’ċertu sitwazzjonijiet.
Von der Leyen qalet li l-Kummissjoni Ewropea se tieħu passi sabiex tipprevjeni milli l-Polonja timmina l-valuri Ewropej.
B’reazzjoni għal dan, il-Prim Minsitru Pollakk qal li mhux ser jaċċetta diskors ta’ theddid u akkuża lill-Unjoni Ewropea li qed tabbuża mill-poteri tagħha.