Bi tweġiba għall-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista dwar it-tieni interconnector, l-istqarrija mill-Partit Laburista saħqet li min lanqas permess għall-interconnector wieħed ma rnexxielu jġib, illum irid jieħu mertu wkoll għat-tieni interconnector.
Dan għaliex l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista tenniet li x-xogħol li qed isir b’rabta mat-tieni interconnector huwa riżulta tal-istrateġija u l-politika fit-tul adottata minn diversi Gvernijiet Nazzjonalisti.
L-istqarrija tal-Partit Laburista tenniet li l-mertu huwa tal-ħaddiema u tal-Gvern li jemmen fil-qasam tal-enerġija, li jippjana għalih u jaħseb fit-tul.