Il-Prim Ministru Pedro Sánchez, ħabbar li se jkun qed jibda jneħħi ftit mir-restrizzjonijiet fis-27 ta’ April fejn it-tfal se jkunu qed jitħallew joħorġu barra għall-arja.
It-tfal fi Spanja kienu ilhom jinżammu d-dar mill-14 ta’ Marzu wara miżuri stretti li ttieħdu fid-dawl tal-Coronavirus.
Spanja rat aktar minn għoxrin elf mewt minn meta bdiet il-pandemija, b’madwar mitejn elf każ ġie rrapportat.