Jum wara jum u ġimgħa wara ġimgħa kollox jibqa’ jsir kif jiżvelaw l-imkejjen ta’ ONE NEWS mid-Dar Ċentrali. Kien fit-tmienja ta’ Awwissu li one.com.mt żvela li se jibdew sensiela ta’ artikli favur il-kap biex itaffu l-kritika u hekk qed jiġri.
Il-Ħadd filgħodu ssoktat din l-istrateġija bil-għan li dwar Simon Busuttil jipprovaw jikkonvinċu anke lill-għeruq tal-Partit.
Dan ftit tal-jiem wara li l-maltatoday qalet li membri parlamentari nazzjonalisti kkonfermaw li għandu diffikulta mal-għeruq tal-partit.
Bil-għan li dan il-messaġġ jasal saret intervista mas-Segretarju Ġenerali, Rosette Thake, li saħansitra kienet ippubblikata fil-faċċata tal-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista, il-MUMENT, fejn deher ukoll ritratt tal-Kap Nazzjonalista.
Thake għamlet sforz biex tikkonvinċi li Simon Busuttil “hu politiku” onest u biex tipprova twassal dan il-messaġġ intlabgħet il-karta tal-vittma.
Qalet li Simon Busuttil ħalla l-karriera tiegħu fil-Parlament Ewropew biex ġie Malta “f’sitwazzjoni diffiċli.” Qalet li Busuttil hu politiku li qed jattwa politiku li jattwa politika għaqlija u determinata u onesta.
Bħala parti mill-iskeda li qed tkun ikkordinata mill-uffiċċju komunikazzjoni kien imiss li tikteb ukoll Roberta Metsola u s-suġġett kien l-inwkiet intern.
Fil-maltatoday provat ixejjen dak li żvela fl-aħħar ġimgħat one.com.mt u tati l-impressjoni li kulħadd waral l-Kap. Dan wara li kkummentaw fil-miftuħ esponenti tal-Partit Nazzjonalista li urew biċ-ċar li mhux il-każ.
Biex għal darb oħra, b’mod dirett jew indirett fil-gazzetti tal-Ħadd kien hemm fuq l-aġenda l-krizi PN, bl-editorjal tal-Illum ukoll jiddiskuti t-tema.
Filwaqt li l-karikatura tal-gazzetta KullĦadd tpinġi s-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista b’Simon Busuttil jgħid li kuħadd warajh iżda mill-bieb bil-messaġġ Simon Wont’ Work hemm in-nies ħerġin.
Simbolu ta’ nies fil-PN li fl-aħħar ġimgħat esprimew il-fehma li qatgħu qalbhom mill-politika jew saħansitra oħrajn li rtiraw jew irrifjutaw li jkunu kandidati.