F’Jum il-Ħaddiema, il-Pulizija Torka arrestat aktar minn mitejn persuna wara li dawn wettqu protesti bla permess, anke minħabba li seħħew fi sfond ta’ lockdown b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus.
Ta’ kull sena f’dan il-jum isiru bosta protesti minn mijiet ta’ ħaddiema u Unjijns, b’din is-sena dawn xorta saru anke jekk kien hemm bosta appelli biex in-nies ma jinġemgħux fi gruppi kbar.
Il-midja internazzjonali rrapurtat kif f’bosta pajjiżi oħra, fosthom ir-Russja, l-Isvezja, l-Ingilterra, Kuba, Kolombja, il-Filippini u l-Indonesja, saru wkoll protesti li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu paċifiċi.
Fi Franza aktar minn mitt elf persuna ħarġet tipprotesta. Hawnhekk il-Pulizija sparat il-gass tad-dmugħ u arrestat minn tal-inqas sitta u erbgħin persuna wara li dawn bdew jitfgħu l-ġebel lejn il-pulizija.