Il-Pulizija ta’ New Zealand qalu li qed jippjanaw operazzjoni biex jinstabu l-iġsma tal-persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-iżbroff vulkaniku nhar it-Tnejn li għadda.
Din l-operazzjoni se ssir minkejja r-riskju ta’ żbroff ieħor. Is-sit ta’ informazzjoni dwar il-periklu ġeoloġiku fi New Zealand, GeoNet, il-Ħamis qal li hemm aktar minn 50% ċans li jsir żbroff ieħor fi żmien 24 siegħa.
Minn tal-inqas tmien persuni huma maħsuba li mietu filwaqt li minn tal-inqas 20 persuna oħra jinsabu fil-kura intensiva wara li sofrew minn ħruq sever.