L-awtoritajiet qed jittamaw li jsalvaw it-8 persuni li huwa mifhum li għadhom hemm, b’ċans kbir li huma mejta fuq il-gżira f’New Zealand. S’issa hemm 6 persuni li huma kkonfermati mejta f’din it-traġedja fosthom il-gwida tal-lokal Hayden Marshall-Inman li kien minn tal-ewwel li ġiet kkonfermata l-aħbar tiegħu minn familtu stess. Aktar minn tletin persuna oħra jinstabu f’qagħda kritika l-isptar kawża ta’ ħruq sever.
Il-vulkan li huwa magħruf bħala Whakaari, żbroffa nhar it-Tnejn li għadda propju dak il-ħin kien hemm madwar 47 persuna fosthom turisti jżuru din il-gżira privata. 24 minnhom huma Awstraljani, 9 Amerikani, 5 minn New Zealand, 4 Ġermaniżi, 2 Ċiniżi, 2 Ingliżi u persuna mill-Malasja.
Il-Prim Ministru Jacinda Ardern tenniet li tinsab f’kuntatt ma’ diversi entitajiet involuti f’din l-operazzjoni u jinsabu ħerqana li jkomplu jsalvaw in-nies sabiex ikunu jistgħu jingħaqdu lura mal-maħbubin tagħhom.
Ritratt: AFP