F’New York qed jiġi rrappurtat li tfajjel ta’ 13-il sena, qiegħed jinżamm arrestat b’rabta mal-omiċidju ta’ studenta, Tessa Majors, li seħħ f’Harlem’s Morningside Park. Huwa ġie arrestat wara li l-Pulizija ta’ New York indunaw li l-ħwejjeġ li kien liebes dan it-tfajjel kienu jaqblu mad-deskrizzjoni tas-suspettat. Fil-pussess tiegħu kellu wkoll sikkina.
Il-vittma ta’ tmintax-il sena qalgħet diversi daqqiet ta’ sikkina waqt attentat ta’ serqa fil-park viċin il-kulleġġ fejn hi kienet tattendi.
Majors irnexxielha titlaq mill-park u titlob għall-ajjut fi skola li tinsab qrib il-park. Hija ttieħdet l-isptar fejn aktar tilfet ħajjitha.
Il-midja Amerikana qiegħda tirrapporta li dan it-tfajjel ammetta mal-pulizija li hu żewġt iħbieb tiegħu ppruvaw jisirqu lil Majors u li ferewha b’sikkina.