Il-Gvernatur tal-istat ta’ New York, l-aktar stat Amerikan milqut mill-Coronavirus, se jipermetti li jsiru testijiet għall-virus fi spiżeriji.
Andrew Cuomo qal illi madwar 5,000 spiżerija se jkunu jistgħu jagħmlu t-testijiet bil-għan li jsiru 40,000 test kuljum.
L-Istati Uniti għandha aktar minn 900,000 każ tal-COVID-19 ikkonfermat, bl-Istat ta’ New York jirreġistra kważi terz tal-imwiet fl-Amerika.
Intant, il-President Amerikan Donald Trump ma tax rendikont bl-aħħar aġġornamenti dwar l-imxija fl-Amerika u dan għaliex skontu dan l-aġġornament huwa telf ta’ ħin għalih.
Il-President Amerikan kien ikkritikat bil-qawwi hekk kif fl-aġġornament tal-Ħamis li għadda ssuġerixxa li prodotti ta’ diżin-fettant jistgħu potenzjalment jintużaw bħala kura għall-virus. Liema dikjarazzjoni ġiet ikundannata bħala waħda perikoluża minn tobba u manifatturi ta’ dawn il-prodotti.