Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela attendiet għal-laqgħa organizzata dwar futur sostenibbli għat-tfal u l-addoloxxenti, hekk kif fi New York il-komunità internazzjonali nġabret għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
Il-messaġġ ewlieni kien dak favur ħidma fejn it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jkollhom futur isbaħ.
Dr Lydia Abela ddiskutiet temi importanti apparti l-aspett edukattiv, li fissritu bħala wieħed kruċjali.
Sostniet li rridu ninvestu wkoll fis-saħħa mentali u aspetti oħra tal-ħajja tal-minuri.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2024/09/28110110/OPM2809202401-1024x683.jpeg)