Fi Glasgow, intlaħaq ftehim bejn il-mexxejja tad-dinja matul is-summit tal-COP26 li qed jitqies bħala l-aktar ftehim sinnifikanti dwar it-tibdil fil-klima.
Dan wara ġimagħtejn ta’ negozjati turbulenti.
Dan il-ftehim huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu għaliex hemm pjanijiet ċari fih li jimmiraw li jnaqqsu l-faħam bħala sors ta’ enerġija.
Apparti hekk, il-ftehim jagħmel pressjoni sabiex jitnaqqsu b’mod immedjat l-emissjonijiet filwaqt li jassigura fondi għal pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex ikunu jistgħu jilqgħu għat-tibdil fil-klima.
Qabel intlaħaq ftehim finali, kien hemm abbozz li fih kien jinkludi klawsola biex jitneħħa l-faħam għal kollox, liema klawsola ġabel oppożizzjoni qawwija mill-Indja.
Finalment, il-pajjiżi qablu sabiex inaqqsu flok ineħħu l-faħam minkejja d-diżappunt li wrew uħud.
Il-President tal-COP26, Alok Sharma wera sens ta’ dispjaċir għal mod kif żvolġew l-affarijiet.