Numru ta’ tyres li ġew mormija llegalment f’Wied il-Qlejgħa tneħħew kmieni dalgħodu mill-ħaddiema ta’ Parks Malta. Dan l-att irresponsabbli seħħ ftit jiem wara li l-Gvern għamel ftehim mal-għaqda ambjentali Nature Trust biex issir rijabilitazzjoni tal-wied magħruf ukoll bħala Chadwick Lakes.
Fuq il-profil tagħha fuq facebook, il-Ministru Miriam Dalli rreaġixxiet għal dan l-att u qalet li xi ħadd irresponsabbli u egoist mar jarmi l-ħmieġ li seta’ ntrema legalment f’post ieħor. Dr Dalli rringrazzjat il-ħaddiema ta’ Parks Malta li ħadu azzjoni mal-ewwel.
Semmiet ukoll li xi skart kien inġabar u mitfugħ fil-ġenb. Hija staqsiet għalfejn wieħed għandu jħammeġ u talbet għall-koperazzjoni ta’ kulħadd fl-isfond tal-ħidma tal-Gvern biex tinżamm l-indafa fil-widien u jkun hawn iżjed spazji miftuħa.
Bonġu,
Ftit jiem biss wara li ħabbarna ftehim ma’ Nature Trust – FEE Malta biex issir riabilitazzjoni ta’ Chadwick…
Posted by Miriam Dalli on Saturday, February 6, 2021