Fi ftit ġranet oħra, għand id-Dipartiment tal-Kuntratti, se jiddaħħal it-tender għall-bini ta’ emerġenza akbar fl-Isptar Mater Dei.
Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela, waqt il-bulettin ewlieni tal-aħbarijiet fuq ONE, meta fost l-oħrajn ġie mistoqsi dwar l-Inkjesta indipendenti b’rabta mal-mewt ta’ Stephen Mangion u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minnha.
Il-Ministru Abela tenna kif dan il-Gvern se jibqa’ jwettaq ir-riformi meħtieġa favur il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna, iżda fuq kollox favur il-ħaddiema fl-isptarijiet u l-pazjenti.
Tenna kif is-suġġerimenti tal-inkjesta ġew milqugħa mill-Ministeru li jmexxi u kienu diġà fil-viżjoni tal-Gvern.
AQRA AKTAR: