Fi Frar li għadda żaru Malta 132,513 ruħ li bejniethom nefqu €86.9 miljun: żieda ta’ €47 miljun meta mqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra.
Bejniethom, fil-fatt, fi Frar li għadda dawn nefqu €86.9 miljun. Il-medja tan-nefqa ta’ kull turist għal kull lejl kienet ta’ €106.50.
Mit-total ta’ dawk li żaru Malta fit-tieni xahar tas-sena, 116,073 kienu turisti filwaqt li 9,552 ġew għal skopijiet ta’ negozju.
Bħala etajiet, l-ikbar għadd ta’ turisti li ġew kellhom bejn il-25 u l-44 sena (36.7 fil-mija), u warahom dawk ta’ età bejn il-45 u l-64 sena (33.3 fil-mija).
Il-biċċa l-kbira tat-turisti (44 fil-mija) ġew mir-Renju Unit, mill-Italja, u minn Franza.
B’kollox, dawk li ġew Malta fi Frar li għadda bejniethom qattgħu hawn 816,220 lejl, li jfisser żieda ta’ 57 fil-mija meta mqabbel ma’ Frar tas-sena ta’ qabel.
Meta wieħed jgħodd flimkien l-ewwel xahrejn tas-sena, l-għadd ta’ turisti f’pajjiżna kien 268,680, u l-għadd ta’ ljieli li qattgħu fostna kien 1.8 miljuni. In-nefqa totali tat-turisti f’Jannar u Frar li għaddew meħudin flimkien kienet ta’ €186 miljun.