Mill-Ħamis 10 sas-Sibt 12 ta’ Frar fit-Teatru Manoel ser jittella’ l-ispettaklu GOLD biex jiċċelebra l-50 sena ta’ mużika mill-grupp popolari Svediż ABBA
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/01/19221203/IMG_1777-1024x576.jpg)
Il-kantanti Jasmine Abela, Kevin Borg, Martina Borg, Ludwig Galea, Michela Galea u Glen Vella ser jingħaqdu flimkien ma’ band mmexxija minn Melchior Busuttil. L-ispettaklu ser ikollu korjografika miż-żeffiena ta’ Celaine Buhagiar.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/01/19221229/IMG_1778.jpg)
It-tliet serati jibdew fit-8pm u għal aktar informazzjoni tista’ żżur: http://www.teatrumanoel.mt
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/01/19221249/IMG_1779-1.jpg)