Minn tal-inqas erba’ persuni mietu b’għexieren oħra rrapportati nieqsa kawża tal-għargħar qawwi li laqat ix-Xlokk ta’ Franza u l-Majjistral tal-Italja.
Ħafna mid-djar inqerdu, bil-maġġoranza tat-toroq spiċċaw mgħerrqa f’Nizza. Il-medda twila ta’ bajjiet li ma jispiċċaw qatt fil-kosta tar-Rivjera Franċiża spiċċaw f’xena kerha ta’ ħmieġ li kaxkar miegħu l-maltemp.
Nizza u l-postijiet tal-madwar esperjenzaw kważi nżul ta’ 12-il xahar xita fi tnax-il siegħa fit-tmiem il-ġimgħa li għadda.