Komplew il-protesti kontra r-riforma fil-pensjonijiet fi Franza u aktar minn miljun ruħ niżlu fit-toroq b’iktar minn mitt elf persuna f’Pariġi biss.
Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ilu juri li l-maġġoranza tal-elettorat Franċiż huwa kontra li tiżdied b’sentejn, l-età tal-irtirar għal 64 sena.
Biex jiġu kkontrollati n-nies, il-pulizija kellhom jisparaw il-gass tad-dmugħ u madwar tmenin persuna ġew arrestati.
Diversi għaqdiet talbu għal aktar protesti nhar it-Tlieta li ġej, li jaħbtu maż-żjara statali tar-Re Karlu t-tielet fil-pajjiż. Kien skedat li dakinhar ir-Re Karlu t-tielet jintlaqa’ fil-belt ta’ Bordeaux imma l-pjanijiet kellhom jinbidlu wara li lbieraħ filgħaxija d-dimostranti taw in-nar lil din il-belt.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron għadu jgħid li din ir-riforma hija neċessità.