Diversi atturi qamu u telqu waqt ċerimonja ta’ premjijiet imsejħa, Cesar f’Pariġi. Dan wara li Roman Polanski, li kien instab ħati li stupra tifla ta’ 13-il sena, rebaħ il-premju tal-aqwa Direttur. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, li hi meqjusa importanti daqs l-Oscars fi Franza, spiċċat f’nofs kontroversja wara l-film ta’ Polanski, An Officer and a Spy, rċieva 12-il nominazzjoni.
Id-Direttur, li huwa Amerikan Franċiż, ħarab mill-Istati Uniti wara li nstab ħati fuq stupru lura fl-1970.
Hu affaċċja akkużi simili fuq każijiet oħra wara dan il-każ.
Ritratt: Getty Images