Jissoktaw il-protesti u strajks fi Franza kontra l-pjanijiet tal-President Emmanuel Macron li jgħolli l-età tal-irtirar b’sentejn, minn 62 għal 64 sena.
Tmien unjins kbar qed jieħdu sehem fl-istrajks li fost oħrajn fixklu l-iskejjel u t-trasport pubbliku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Qed jiġi rrapportat li fl-ewwel jum tal-azzjonijiet industrijali ħadu sehem aktar minn miljun ruħ.
Skont l-opinjoni pubblika, żewġ terzi tal-votanti huma kontra l-bidla li qed jipproponi l-President Franċiż.
Ritratt: AFP