Waqt it-tnedija tal-kampanja tal-FZL, il-Prim Minsitru Joseph Muscat innota kemm fi Franza ma niżlet xejn tajjeb it-tattika tal-kandidata għall-elezzjoni Presidenzjali fi Franza Marine Le Pen.
Il-kandidat għall-elezzjoni presidenzjali fi Franza, Emmanuel Macron, beda proċeduri legali dwar il-qlajjiet li għandu kont sigriet fil-Karibew. Il-prosekuturi f’Pariġi fetħu investigazzjoni dwar l-ilment tiegħu. L-aħbar li ħa passi ħarġet wara li l-kandidat wara li l-kandidat ċentrist rebaħ id-dibattitu mal-kandidat tal-lemin estrem Le Pen, li għamlet referenza għalihom fid-diskors tagħha. “Dik malafama,” qalilha Macron bl-avukati tiegħu jgħidu li mhux se jiddejqu jieħdu azzjoni legali kontra kull min jirrepeti din l-informazzjoni żbaljata. Intqal ukoll li l-investigazzjoni tal-prosekuturi tibgħat messaġġ ċar li kull min jirrepeti l-allegazzjoni se jittieħed il-qorti. Macron jinsab fuq quddiem u din qed tkun meqjusa bħala waħda mill-aħħar armi biex jitwaqqaf ir-ritmu ta’ popolarità li qabad man-nies.
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista semmiha meta llejla nnota li l-Maġistrat li qed jinvestiga l-każ Egrant, qal Muscat, ikkonferma kemm l-allegazzjonijiet tal-PN m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-Prim Ministru u martu. Muscat innota li t-tattika ta’ Le Pen xejn ma niżlet tajjeb mal-elettorat. “Tattika estremista li turi minn fejn ġej il-ħsieb” qal Joseph Muscat, li żied jgħid li l-moviment immexxi minnu għandu stil għall-kollox differenti.