Il-Pulizija f’Hong Kong użaw il-gass tad-dmugħ fuq folla li nġabret barra stazzjon tal-ferrovija hekk kif komplew il-protesti kontra l-Gvern tal-pajjiż. Filmati li fl-aħħar sigħat ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali juru wkoll li xi pulizija ħebbew għal membri tal-pubbliku. Kawża ta’ dan numru ta’ persuni kellhom jingħataw il-kura fuq il-post.
Il-filmati juru wkoll li d-dimostranti waddbu xi ġebel lejn il-Pulizija waqt dan kollu.
Il-protesti f’Hong Kong bdew madwar xahrejn ilu minħabba abbozz ta’ liġi ‘kontroversjali’ tal-gvern dwar l-estradizzjoni. Abbozz li ma niżel xejn tajjeb mal-pubbliku.
Ritratt: BBC