Bħalissa f’Hong Kong għaddejja l-votazzjoni għall-kunsill leġiżlattiv. Din hija l-ewwel elezzjoni li qed issir minn mindu ċ-Ċina għamlet riformi kbar fil-proċess elettorali.
F’Marzu li għadda, meta ċ-Ċina għaddiet dawn ir-riformi, naqqset b’mod drastiku r-rapreżentanza demokratika f’Hong Kong, tant li l-gvern Ċiniż irid ikunu hu li japprova kull kandidat.
Il-mexxejja f’Hong Kong kienu saħqu li l-bidla hija meħtieġa biex tiżdied l-istabbiltà fil-pajjiż, madanakollu l-kritiċi argumentaw li dawn ir-riformi dgħajjfu d-demokarzija li kienet tgawdi minnha Hong Kong.
Il-votazzjoni ser tintemm tard ilejla, bir-riżultat mistenni li joħroġ għada.