Tlett membri tal-ekwipaġġ mietu lejliet is-sena l-ġdida f’ħabta bejn karozza u trakk ħdejn l-ajruport ta’ Heathrow. Huwa mifmum li l-persuna oħra li kienet fil-karozza tinsab f’kundizzjoni serja intant l-Pulizija qed jappellaw sabiex ix-xhieda jersqu l’quddiem.
Il-linja tal-ajru qalet li r-raba’ persuna li sfat vittma hija wkoll impjegata tal-kumpanija British Airways. L-erbgħa li huma, huma maħsuba li kienu ħbieb.
Il-kelliem tal-kumpanija tenna li jinsabu mnikktin ħafna b’din l-aħbar tal-kollegi tagħhom u qalu li ħsibijiethom huma mal-familja u l-ħbieb tagħhom f’mumenti bħal dawn.
Il-ħabta bejn iż-żewġ vetturi seħħet ftit qabel nofsillejl ta’ lejliet is-sena l-ġdida.
Iż-żewġ irġiel ta’ 25 sena u 23 sena u t-tfajla ta’ 20 sena, rispettivament mietu fuq l-post mal-aċċident.