Meta mqabbel mal-2014, matul is-sena li għaddiet kienet innutata żieda ta’ 33.1% ta’ turist mis-suq Pollakk. Dan ifisser li n-numru ta’ turisti mill-Polonja qabżu s-46,000 turist. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) rrimarkat li bejn l-2010 u l-2015, in-numru ta’ viżitaturi mill-pajjiż żdiedu b’34,000, ekwivalenti għal żieda ta’ 285%.
Bil-għan li jkomplu jiżdiedu t-turisit mill-Polonja, l-aċċessbilità bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet titjieb biż-żieda ta’ titjiriet lejn ħamest ibliet Pollakki, inkluż Warsaw, Gdansk, Wroclaw, Poznan u Krakow.
L-MTA saħqet li qed tintensifika l-isforzi tagħha fil-pajjiżi Ewropej tal-Lvant tal-Ewropa hekk kif saħħet il-promozzjoni. Dan jidher li qed iħalli l-frott hekk kif kienu innutati żidiet ta’ turisiti mill-Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, u l-Islovakkja.