F’perjodu ta’ ħames snin, id-Dwana Maltija interċettat u qabdet 174 miljun sigarett u 7,000 kilogramma ta’ tabakk tal-kuntrabandu li jammontaw għal kważi €44 miljun.
Il-prodotti tat-tabakk tal-kuntrabandu maqbuda mid-Dwana mis-sena 2015 sal-2020 huma kif ġej:
2015
- Sigaretti – 803,880;
- Tabakk – 505 kgs;
Valur totali ta’ dawn il-prodotti: €232,623
2016
- Sigaretti – 29,680,575;
- Tabakk – 303 kgs;
Valur totali ta’ dawn il-prodotti: €7,476,185
2017
- Sigaretti – 21,687,951;
- Tabakk – 220 kgs;
Valur totali ta’ dawn il-prodotti: €5,435,733
2018
- Sigaretti – 47,022,986;
- Tabakk – 2,135 kgs;
Valur totali ta’ dawn il-prodotti: €11,877,468
2019
- Sigaretti – 73,923,822;
- Tabakk – 1,465 kgs; and
Valur totali ta’ dawn il-prodotti: €18,504,127
2020 sax-xahar ta’ Ottubru
- Sigaretti – 747,349;
- Tabakk – 2,271 kgs
Valur totali ta’ dawn il-prodotti: €329,494
Stħarriġ imħejji mill-KPMG fl-2019 juri li l-konsum ta’ sigaretti illeċiti f’Malta jirrappreżenta 10% tas-suq. Din l-istatistika turi tnaqqis tul is-snin hekk kif fl-2016 dan il-konsum illeċitu kien jirrappreżenta 19.1% tas-suq Malti.
Il-konsum lokali tas-sigaretti u t-tabakk jiġġenera kważi mitt miljun fi dħul mis-sisa. Huwa stmat li 90% tal-konsum lokali huwa nadif b’tali mod li d-dazju u t-taxxi huma mħallsin fil-ħin u kif suppost.
Dan ifisser li 10% tas-suq lokali huwa mimli bi prodotti illeċiti li jammonta għal €9.8 miljun f’taxxi mhux imħallsa.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana temm jgħid li ta’ kull sena jirnexxielu jaqbad 3% tas-suq illeċitu li bejn wieħed u ieħor jammonta għal €325,000.