Il-bitħa taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan se tilqa’ fiha vjaġġ miżgħud emozzjonijiet li jitqanqlu bir-rakkont tal-akbar ġrajja. ”Il-Maħfra” – għall-ewwel darba f’24 sena, id-dramm tal-passjoni se jkun qed jiġi ppreżentat live u ċertament se joffri esperjenza teatrali mill-aqwa, flimkien ma’ dawl, mużika u vestwarju li jkomplu jagħtu l-ħajja lil dan id-dramm.
Il-Maħfra … Kemm int lest taħfer lil min għamillek id-deni? … Int jistħoqlok maħfra għall-għemejjel tiegħek? Il-Maħfra. Kemm hi kelma kbira … Lest li taħfer bħal ma’ għamel Sidna Ġesù Kristu stess lil min salbu u qatlu?
Id-dramm “Il-Maħfra” se jkun qed jittella’ nhar it-Tlieta 12 u l-Erbgħa 13 ta’ April, b’kitba u direzzjoni ta’ Shaun Formosa, bi produzzjoni tal-Pageant Group fi ħdan il-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi.
Għall-biljetti ċempel: 79092963 jew żur il-paġna ta’ facebook: https://www.facebook.com/groups/68517800490