Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq kkundanna lil minn qed jarmi skart u annimali mejta f’żoni ta’ rikreazzjonali fil-lokalità.
Il-Viċi Sindku Christine Dalli staqarret li ħasset għafsa ta’ qalb meta rat kelb mormi ħdejn siringi. Hi saħqet li dan jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem u l-annimali jixirqilhom ikunu trattati b’mod dinjituż.
F’inqas minn 12-il siegħa nstab kelb ieħor mormi qalb l-iskart u ż-żona reġgħet tħammġet wara li kienet tnaddfet mill-ħaddiema tal-Kunsill.