In-numru ta’ persuni mejta minħabba l-Coronavirus tela’ għal 106.
Dan hekk kif irdoppja n-numru ta’ każijiet li feġġew f’ġurnata.
L-awtoritajiet Ċiniżi qalu li n-numru totali ta’ każijiet ikkonfermati fiċ-Ċina fil-jum tat-Tnejn kien ta’ erbat 1,515. Id-doppju tal-ġurnata ta’ qabel, meta kien hemm 2,835 każ.
Ir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar żdiedu, u f’ċertu bliet saret obbligatorja li r-residenti jilbsu l-maskri fil-pubbliku.
Il-belt ta’ Wuhan hija fl-epiċentru tat-tifqigħa tal-virus, iżda l-Coronavirus infirex maċ-Ċina kollha u anki f’pajjiżi oħra.
Il-Coronavirus jikkawża infezzjoni respiratorja u għad m’hemmx kura jew tilqima kontrih.
Ħafna mill-vittmi kienu anzjani jew nies li diġà kienu jbatu minn problemi respiratorji.
Ritratt: AFP