Pensjonant ta’ ħamsa u sittin sena ma nstabx ħati li abbuża sesswalment minn tifla ta’ tnax-il sena f’garaxx fiż-Żejtun, sakemm il-ġenituri tat-tifla kienu qed jistennew l-ikel jasal id-dar tiegħu.
Fi tmiem ġuri, li ħa jumejn, intqal li l-allegat każ seħħ sentejn ilu meta l-vittma allegat li l-anzjan, li hu ħabib tal-ġenituri tagħha, wettaq attivitjiet sesswali magħha.
L-akkużat, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-deċiżjoni finali fil-ġuri bla ġurati kienet tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.
Għall-anzjan dehru l-Avukati Ishmael Psaila u Arthur Azzopardi.